Maqful ġo kamra ndur u ndur.
Inwerżaq u ngħajjat u għaliex ma nafx.
Inħabbat, nissabbat, nitmiegħek u ninstabat.
Inwerżaq u ngħajjat, u xorta għaliex ma nafx.
Inħares mit-tieqa għal barra u nwerżaq,
inħares mit-tieqa ghal ġewwa u nwerżaq.
Werżaqt u għajjatt sa' ma nħnaqt u tfottejt,
ax ngħajjat u nwerżaq aktar ma stajtx.
Imma l-ġenn għadu hemm.
Sunday, November 15, 2009
Il-Qirda ta' Novembru (L-Ewwel Parti) - Inkissrek
Int, ja ħajt,
int ja sur,
int ja blat.
Ersaq, warrabli, u żurli minn-nofs.
Dejjaqtni, xebbajtni, qallajtni u demmgħajtni.
Ħlibtni, għajjejtni, qtajtli qalbi u farraktni.
Inkissrek, imma diġa' kissirtni.
int ja sur,
int ja blat.
Ersaq, warrabli, u żurli minn-nofs.
Dejjaqtni, xebbajtni, qallajtni u demmgħajtni.
Ħlibtni, għajjejtni, qtajtli qalbi u farraktni.
Inkissrek, imma diġa' kissirtni.
Monday, November 2, 2009
Spiċċajt
Sular vojt,
minsi mix-xemx,
minsi min-nies.
Bibien miftuħa,
bibien imbexxqa,
skiet bla qies.
Kunsenturi u xquq,
minn fetħa għall-oħra nħebb,
ma nsib xejn u nibqa ndur.
Skiet, kwiet, silenzju, mewt.
Hemm sibt il-hena,
f'dik il-kamra li ma kienx hemm,
il-kamra li qatt ma kien hemm,
li qatt m'għad tkun hemm,
il-kamra li qatt m'eżistiet,
li qatt m'hi ser teżisti.
Imma, jien hawn fiha.
Mela, x'fadal minni?
Spiċċajt...
minsi mix-xemx,
minsi min-nies.
Bibien miftuħa,
bibien imbexxqa,
skiet bla qies.
Kunsenturi u xquq,
minn fetħa għall-oħra nħebb,
ma nsib xejn u nibqa ndur.
Skiet, kwiet, silenzju, mewt.
Hemm sibt il-hena,
f'dik il-kamra li ma kienx hemm,
il-kamra li qatt ma kien hemm,
li qatt m'għad tkun hemm,
il-kamra li qatt m'eżistiet,
li qatt m'hi ser teżisti.
Imma, jien hawn fiha.
Mela, x'fadal minni?
Spiċċajt...
Subscribe to:
Posts (Atom)