Sunday, May 2, 2010

Il-Kantiku ta' Mejju (It-Tielet Parti) - Mewġ

Tiela', u niezel.
Tiela', u niezel.

Minn hawn kollox tarah nizel.
Minn hawn, kollox tarah tiela'.
Minn hawn, kollox tarah:

Tiela', u Niezel.

L-hena fir-ripetizzjoni.
L-hena fix-xejn.
L-hena.

Il-Kantiku ta' Mejju (It-Tieni Parti) - Ħitan

Nħares madwari u ngħid xiżżobb għamilt.

Inħares quddiemi u nara l-ħajt li dejjem xtaqt.

Sabbat, kisser, aqsam u farrak, u ara ż-żliega ħamra li ħallejt, u ħoss id-demm sħun iċarċar ma wiċċek, u erġa kompli, u kisser u farrak u sabbat u aqsam sakemm id-demm iċarċar u l-aħmar jiżżelleġ.

U erġa.
U kompli.
U erġa ibda.
U m'għamilt xejn.
M'għamiltx biżżejjed.


Il-Kantiku ta' Mejju (L-Ewwel Parti) - Toroq

Firda.
Ħin, żmien, distanza u distakk.
Kwiet.
Skiet.

Ma kien hemm xejn aktar li jgħaqqadna.

Imma, issa?

Fejn qatt ħadd kien jobsor li dan id-deni għad jgħaqqad hekk.
Fejn qatt ħadd kien iħoss dat-tip ta ferħ hekk viljakk.

Dak kollu li ħdimt kontrih.
Dak kollu li mxejt kontrih.
Dan kollu, mar, intilef u infetaq mar-riħ.

Nitolbok u nokroblok: Għidli 'l fejn!