Saturday, May 15, 2010

Ħelsien

Bir-rota, ħieles.
Niggerra f'nofs il-kampanja.

Żgħożija u bluha.
Innoċenti fl-injoranza.

X'hemm aqwa?

Xejn ma jirbaħ l-għama,
lejn il-ħazen ta' madwarek,
lejn il-ħazen ta' ġo fik.

Xejn ma jirbaħ l-għama,
lejn it-toroq li qbiżt,
lejn it-toroq ta' quddiemek.

Ja ruħ ħielsa,
fejn mort tinqafel?

Wednesday, May 5, 2010

Tħallinix

Skiet.
Wisq skiet.
Ma rridx nisma' x'inhu għaddej fil-kurituri ta' moħħi.

Storbju.
Idfinli dan l-iskiet ax ma niflaħx nisimgħu aktar.
Tarraxni.

Ilħna kontra ilħna,
ġudizzju fuq ieħor.
Ideat konflittanti,
emozzjonijiet kontrastanti.
Konfużjoni.

Xejn ċar,
xejn deċiz.

Kollox mgħaffeg f'taħwidha ta' ħsejjes.
Ħsibijiet, tqanqil, emozzjonijiet u indħil.
Ma tistax taħseb ax diġa' qed taħseb fuq kollox.

Mitluf f'dan kollu.
Sibuni u iġbruni.

Int, hemmek!
Jew int, hawnekk!
Iva int!
Qed ngħamillek sinjal.

Ma rridekx tigborni,
mhux se nhallik,
imma xorta rridek tigborni.

Tippruvax tifhimni,
ax minix nifhimni.

Imma tħallinix.

Bil-Mogħod

Jgħaddu l-jiem,
Jgħaddu l-ġimgħat,
Jgħaddu x-xhur,
Jgħaddu s-snin.

Bilkemm ħarist f'qalbkom,
Imma intkom diġa' xbajtu.

Iċ-ċiklu jerġa jibda.
L-għaġġla terġa toħnoq.
Is-seħta hija eterna.

Bil-Mogħod.