Tuesday, September 29, 2009

Għadni Hawn

Post sabiħ u komdu, fih frixt ħwejġi biex jitperrċu mal-irjieħat tal-eventwalita'.

Ilmaħt mankament fil-madwari, ilmaħt rokna ta dlam, dlam bla ebda qiegħan.

Il-Bniedem bil-marda tal-umanita', il-bniedem ma jistax ikun bla kurżita'.

Immur jew ma mmurx? Indur jew ma ndurx? Niċċaqqlaq jew le? Nista nżomm? Kapaċi?

Dik ħofra? Dak bir? Din gidba? Jew dan dell kbir?


Ġbart kollox u tlaqt 'l hemm.


Imma għadni hawn.

Friday, August 14, 2009

Kelli Żball

Rajtek, sejjaħtlek,
kellimtek u xebbajtek.

Rajtni u injorajtni.
Stmajtni u kellimtni.

Ħsibt li ntilft.

Għalxejn ninħall,
għax naf li dejjem kelli żball.

Monday, August 10, 2009

Inti

Inti li ssaħħarni,
inti li tiġbidni,
inti li tħassarni.

Inti li twarrabni,
inti li tiċħadni,
inti li tarmini.

Inti li tidħakli,
inti li titbissimli,
inti li tkellimni.

Inti li tinkazzani,
inti li tirrabbjani,
inti li tindannani.

Inti li tbissimni,
inti li tferraħni,
inti li sserraħni.

Inti li tbikkimni,
inti li tbikkini,
inti li tkissirni.

Inti li int kullimkien.
Inti li m'int imkien.
Inti li int dan kollu u iktar.