Tuesday, February 23, 2010

Mit-Tieqa 'l Isfel

Ħriġt rasi 'l barra,
minn dit-toqba fil-ħajt.

Rajt l-hena u l-ftuħ,
l-għasafar u l-ward.

Ħadt nifs u ħassejt,
il-ħajja tinxtamm.

Ħadt nifs u ħassejt,
dil-ħajja tinżamm.

Imbagħad ġismi nstabat mal-art.

Sunday, February 7, 2010

Irmied

Fil-hemda tal-lejl,
fis-skiet tal-mewt,
fix-xejn tat-tmiem.

Hawn jien, mdawwar bl-irmied.




Sunday, January 3, 2010

L-iŻball

Ma stennejt xejn,
u sibt kollox ma wiċċi.

Ma ridt xejn, ax bżajt.
Ridt kollox, u ma kontx naf kif.

Ħassejtek tiġbidni minn ġewwa.
Ħassejtek tikolni minn ġewwa.

Int li int il-ħruq ta' mħabbti.
Inti li int id-demm ta' dan ġismi.
Int li żbaljajt kontrik.

Aħfirli.