Tuesday, March 23, 2010

Mur

Nifs ġdid,
Dawl ġdid.

Orizzonti li qatt ma rajt qabel,
toroq li qatt ma mmarkajt qabel.

Tgħażel u tintgħażel,
tibgħat u tintbagħat.

Fejn, kif u meta: qatt ma tkun taf xiex.
Żgur pero, li kull darba bniedem ġdid.

Tuesday, February 23, 2010

Mit-Tieqa 'l Isfel

Ħriġt rasi 'l barra,
minn dit-toqba fil-ħajt.

Rajt l-hena u l-ftuħ,
l-għasafar u l-ward.

Ħadt nifs u ħassejt,
il-ħajja tinxtamm.

Ħadt nifs u ħassejt,
dil-ħajja tinżamm.

Imbagħad ġismi nstabat mal-art.

Sunday, February 7, 2010

Irmied

Fil-hemda tal-lejl,
fis-skiet tal-mewt,
fix-xejn tat-tmiem.

Hawn jien, mdawwar bl-irmied.