Tokk.
Ieħor.
Dak it-tokk.
Daqqa wara l-oħra,
tokk wara tokk.
It-tokk ma jistennikx.
It-tokk ma jpaxxikx.
Qirda ma' kull tokk.
Mewt ma' kull tokk.
Dmija ma' kull tokk.
Bard ma' kull tokk.
Tokk.
Tuesday, August 3, 2010
Wednesday, July 7, 2010
Pitturi
Arani, kif se npinġini.
Arani, kif pinġejtni.
Kull fejn tħares, pitturi.
Ftit kuluri, daqqa ta' pinzell.
Xoqqa mżejna, tħoll il-qlub.
Kull fejn tħares, pitturi.
Arani, kif pinġejtni.
Kull fejn tħares, pitturi.
Ftit kuluri, daqqa ta' pinzell.
Xoqqa mżejna, tħoll il-qlub.
Kull fejn tħares, pitturi.
Saturday, July 3, 2010
Dinja Oħra
Minn hawn inħares,
b'għajnejn li mhux tiegħi.
Minn hawn nibki,
bi dmugħ li mhux tiegħi.
Minn hawn ngħix,
ħajja li mhux tiegħi.
Dinja oħra, iġborni mnejn ħallejtni!
b'għajnejn li mhux tiegħi.
Minn hawn nibki,
bi dmugħ li mhux tiegħi.
Minn hawn ngħix,
ħajja li mhux tiegħi.
Dinja oħra, iġborni mnejn ħallejtni!
Subscribe to:
Posts (Atom)