Sunday, June 12, 2011

Il-Vjaġġ

Timxi u timxi,
tiddeċidi u tissorprendi.

Tħasseb u titħasseb,
taħseb u tiddubita.

Dawl fejn m'hemmx,
dlam fejn hemm.

Opposti, imposti.

Imposturi, viljakki.

Id-dija tat-tama,
id-dell tad-diżappunt.

Il-bruda tal-vojt.
Id-dmugħ fil-vojt.

Imbagħad terġa tiftakar,
dit-triq waħdek tofroqha.

Wednesday, December 15, 2010

Lura

Fuq dak il-bieb,
ħabbatlek u daħħaltni,
Fuq dak ix-xifer sibtni.

Nessejtni x-xifer,
fakkartni fl-Għeden,
u dinjieti daret.

Issa ftakart fix-xifer,
tlift dak l-Għeden,
u dinjieti reġet dinjiethom.

Bieb! Erġajt ġej inħabbtek.

Monday, November 15, 2010

Ħgieg Miksur

Jiġu dawn il-ġranet,
fejn kollox tara ħarir.

Oħrajn,
Fejn tara biss qiegħ il-bir.

Tħares u tara wiċċek,
Hemm fil-qiegħan, fejn tasal ħiltek.

Int min int u jien min jien,
Int hawn fuq u jien hemm isfel.

¡qnןbɐɯ-ןıq xoןןoʞ

Linji tar-rettezza,
Xfafar għal dil-pezza.

Imċarrat.