Wednesday, July 7, 2010

Pitturi

Arani, kif se npinġini.
Arani, kif pinġejtni.
Kull fejn tħares, pitturi.

Ftit kuluri, daqqa ta' pinzell.
Xoqqa mżejna, tħoll il-qlub.
Kull fejn tħares, pitturi.

Saturday, July 3, 2010

Dinja Oħra

Minn hawn inħares,
b'għajnejn li mhux tiegħi.

Minn hawn nibki,
bi dmugħ li mhux tiegħi.

Minn hawn ngħix,
ħajja li mhux tiegħi.

Dinja oħra, iġborni mnejn ħallejtni!