Monday, May 31, 2010

M'hemmx Lok

Waħdi qatt ma nkun,
b'xi serp dejjem iħuf.

Waħdi qatt ma nkun,
b'xi żibel dejjem mas-saqajn.

Waħdi qatt ma nkun,
għax waħdek qatt ma tkun.

Nistaqsi, għalekk,
jekk għalija hemmx fejn.

Le, hux?
Għal darb'oħra.

Ċaw.

Wednesday, May 26, 2010

Il-Bikja Tal-Għażla

Kull triq li nagħżlu,
kull nifs li nieħdu
kull pass li nimxu.

Kull trejqa li nagħzlu nħallu warajna,
kull sqaq li nagħżlu nħallu mudlam.

Deċiżjoni kontra deċiżjoni,
riħ jonfoħ kontra ieħor,
mewġa tkisser 'l-oħra,
fergħa tirkeb 'l-oħra.

Mixja li ma nafux fejn,
mixja li ma nafux meta:
Għad tieqaf, għad twassal.

Sadattant:
Ninfilġu.

Sunday, May 16, 2010

Teatrini

Teatrini u pulċinellati,
hekk biss niġbidlek l-attenzjoni.

Kummiedji u fratteriji,
hekk biss tagħtini dak il-wiċċ.

Is-serjeta' tqila wisq,
is-silenzju skomdu wisq.

Imma l-attenzjoni nokrobha,
u għaliha lest nitqaħħab.

Arani.

Moħba

Vojt u ħeffa.

Ħadd ma jrid toqol.
Għatti kollox u aħbi minn hemm,
ma tmurx tbeżża',
ma tmurx titwarrab.

Turix min int u x'int,
s'issa messek tgħallimt.
Int dak li int,
għalik u għal ħadd aktar.

Turinix. Turihomx. Turihix.

Turix.

L-Għanja Mitlufa

Xi tgħidli kieku ngħidlek ,
li hemm barra hemm ruħ bħalek?

Xi tgħidli kieku nwiegħdek,
li hemm barra kemm vuċi bħalek?

Fil-qiegħan tal-kurituri ta' di'd-dinja maħnuqa,
hemm bir ieħor t'emozzjoni jgħanni l-istess għanja.

Għanja nofsa miksura,
mimlija stennija u xewqat,
imlewwna b'duluri u weġgħat.

Għanja li tinfed f'tiegħek,
tintiseġ magħha f'ġuf ta'wens,
u twarrad għanja ġdida - sħiħa.

Imma għalissa għanja mitlufa,
sa danikhar li għad tfesfes f'widnejk,
u tqajmek mill-qiegħan tad-dlamijiet.

Stenniha, ja fidil.

Saturday, May 15, 2010

Ħelsien

Bir-rota, ħieles.
Niggerra f'nofs il-kampanja.

Żgħożija u bluha.
Innoċenti fl-injoranza.

X'hemm aqwa?

Xejn ma jirbaħ l-għama,
lejn il-ħazen ta' madwarek,
lejn il-ħazen ta' ġo fik.

Xejn ma jirbaħ l-għama,
lejn it-toroq li qbiżt,
lejn it-toroq ta' quddiemek.

Ja ruħ ħielsa,
fejn mort tinqafel?

Wednesday, May 5, 2010

Tħallinix

Skiet.
Wisq skiet.
Ma rridx nisma' x'inhu għaddej fil-kurituri ta' moħħi.

Storbju.
Idfinli dan l-iskiet ax ma niflaħx nisimgħu aktar.
Tarraxni.

Ilħna kontra ilħna,
ġudizzju fuq ieħor.
Ideat konflittanti,
emozzjonijiet kontrastanti.
Konfużjoni.

Xejn ċar,
xejn deċiz.

Kollox mgħaffeg f'taħwidha ta' ħsejjes.
Ħsibijiet, tqanqil, emozzjonijiet u indħil.
Ma tistax taħseb ax diġa' qed taħseb fuq kollox.

Mitluf f'dan kollu.
Sibuni u iġbruni.

Int, hemmek!
Jew int, hawnekk!
Iva int!
Qed ngħamillek sinjal.

Ma rridekx tigborni,
mhux se nhallik,
imma xorta rridek tigborni.

Tippruvax tifhimni,
ax minix nifhimni.

Imma tħallinix.

Bil-Mogħod

Jgħaddu l-jiem,
Jgħaddu l-ġimgħat,
Jgħaddu x-xhur,
Jgħaddu s-snin.

Bilkemm ħarist f'qalbkom,
Imma intkom diġa' xbajtu.

Iċ-ċiklu jerġa jibda.
L-għaġġla terġa toħnoq.
Is-seħta hija eterna.

Bil-Mogħod.

Riefnu

Oħra.
Telqet mar-riħ.
Pruvajt niġbidha, ma rnexxilix.
Indunajt bik.
Aħfirli.

Kun Għaf.

Monday, May 3, 2010

Mexxini

Ħassejt u weħilt.
Ma
ħassejtx u mxejt.

Imbag
ħad ħassejt.
U er
ġajt weħilt.

Sunday, May 2, 2010

Il-Kantiku ta' Mejju (It-Tielet Parti) - Mewġ

Tiela', u niezel.
Tiela', u niezel.

Minn hawn kollox tarah nizel.
Minn hawn, kollox tarah tiela'.
Minn hawn, kollox tarah:

Tiela', u Niezel.

L-hena fir-ripetizzjoni.
L-hena fix-xejn.
L-hena.

Il-Kantiku ta' Mejju (It-Tieni Parti) - Ħitan

Nħares madwari u ngħid xiżżobb għamilt.

Inħares quddiemi u nara l-ħajt li dejjem xtaqt.

Sabbat, kisser, aqsam u farrak, u ara ż-żliega ħamra li ħallejt, u ħoss id-demm sħun iċarċar ma wiċċek, u erġa kompli, u kisser u farrak u sabbat u aqsam sakemm id-demm iċarċar u l-aħmar jiżżelleġ.

U erġa.
U kompli.
U erġa ibda.
U m'għamilt xejn.
M'għamiltx biżżejjed.


Il-Kantiku ta' Mejju (L-Ewwel Parti) - Toroq

Firda.
Ħin, żmien, distanza u distakk.
Kwiet.
Skiet.

Ma kien hemm xejn aktar li jgħaqqadna.

Imma, issa?

Fejn qatt ħadd kien jobsor li dan id-deni għad jgħaqqad hekk.
Fejn qatt ħadd kien iħoss dat-tip ta ferħ hekk viljakk.

Dak kollu li ħdimt kontrih.
Dak kollu li mxejt kontrih.
Dan kollu, mar, intilef u infetaq mar-riħ.

Nitolbok u nokroblok: Għidli 'l fejn!