Sunday, December 6, 2009

Lili

Int hemmek.
X'qed tgħamel?
M'għidtlekx ma tgħamilx hekk?
Qed tismani?

Ma niġux fl-idejn,
iġġiegħelnix,
isaħħannix,
taħraqnix u tindannanix.

Tkunx pufta u ardit,
tkunx bżieq u annimal.
Ara jfettillek tkompli tamilha tal-injorant!

Taf x'qed tgħamel ax int qed tgħamlu,
mgħandekx għalfejn jiddiscpjaċik,
għax int għazilt li tgħamel dak li għamilt!

Ġejt inkellmek u ħabbatni ma ħajt,
ġejt inwissik u bżaqtli f'wiċċi.
Warrabtni, ċħadtni, insejtni u injorajtni.

Jien, li jien demmek, li jien int.
Int, li int demmi, li int jien.
Iva, lilek qed ngħid.
Iva, lili qed ngħid.

Il-Bagħal

Mingħalik ħriġt
Mingħalik ħrabt
Mingħalik inħlist

Daqqa waħda,
u maqful erġajt.

Kull tama li kellek reġet tfarrket.

Issa oqgħod hemm u erġa aqla' fik ja bagħal.

Wednesday, December 2, 2009

Kwiekeb

B'sema kollha kwiekeb,
nitpaxxa fit-tlellix.

F'ħajja kollha dlam,
nixxennaq għal dan-nemnim.

Spiss ħriġt idi biex nilħaq,
ħa naqbad kewkba
minn dawk t'hemm fuq.

Spiss l-id inġibdet lura,
biex dlonk ninduna
li l-kewkba laħqet ħarbet.

Qabel idi qatt waslet,
id ħaddiehor tkun diġa:

Ħadet u ħarbtet.