Wednesday, June 16, 2010

Ħolm

Ma nistax ma niġrix warajk.
Ma nistax ma nsejjaħlekx.
Ma nistax ma nokrobx għalik.

Ja ħolm!

Int li ddawwal il-kurituri mudlama ta' dawn is-sqaqien mifgugħin bid-dlam ta' qtiegħ il-qalb.

Tersaqx lejja,
ibqa fejn int.
Kebbisni mill-bogħod.

Saturday, June 12, 2010

Il-Vojt

Tħares 'l ġewwa,
tħares 'l barra.

Titfa' 'l ġewwa,
titfa' 'l barra.

Araħ, kemm hu vojt.
Araħ, kemm m'hemm xejn.

Imla' kemm tiflaħ u obżqu kollu 'l barra.
F'nifs wieħed żarmajt dak kollu li qatt bnejt.

Dak il-vojt bla tmiem:
Intern,
Estern,
Etern.

Friday, June 11, 2010

@

Ħjiel.

Botta u riposta.

Ittantar.

Iġbidni u mbuttanti,
ħa nimbuttak u niġbdek.

Mistoqsijiet u dubji,
iktar gideb milli verita'.

Kellimni u għidli xi trid,
għax moħħi jgħamel bija li jrid.