Sunday, April 12, 2009

Il-Ħruq

Imma x’tgħamel 'kk tħoss qalbek tinġibed, tintgħafas u tinħaraq?

Dawn is-sensazzjonijiet tant qawwija lkoll kemm huma f’waqt!

Sa fejn jiflaħ iħoss dan il-bniedem mherri minnu nnifsu?

Sa fejn jista jifhem dan il-moħħ hekk mhewden minnu nnifsu?


Hekk kif dħalt u sibt ruħi fil-ġnien imwarrab tal-ħurrieq,

Hemmek sibt warda liema bħala tixgħel kulur id-demm;

Id-demm li tant jixhed l-ħajja daqs kemm jixhed il-mewt


Ntbaħt bi sbuħita u mort biex namilha tiegħi,

iżda hekk kif idi messet il-fjur jaħraq tagħha

l-aħmar sewed u fuq kulura dalma niżlet .


Il-fjur waqa' mħaffef sa qiegħ iż-żergha

u hekk kif il-warda aħħarija taqgħa,

hekk nara li għamilta ħurrieq ukoll.


L-aħħar qatra nida messet ma' l-art.


L-aħħar dmugħ tal-warda nxtorob mit-trab.


Hemm l-aħħar tmiem kien għadu hekk kif seħħ,


Issa wasal żmien il-ħruq.

No comments:

Post a Comment