Wednesday, July 15, 2009

Id-Demgħa

Hemm fil-kantuniera,
imdendla fir-rokna t'għajnejja,
tinsab demgħa sħuna,
frott il-għejja, frott il-għira.

Iskot, ja demgħa!
Tazzardax, la tippruvax!
Int, xhud il-qalb u l-imħabba,
ara jfettilek tikxef dak kollu li taf!

Għax hekk kif int titfaċċa,
id-dinja quddiemi tiċċajpar!
Issa għidli din,
il-vera ċ-ċar jew iċ-ċpar?

Mur lura,
u itfih dak in-nar imkebbes hemm isfel,
dak li jsaħħan u dejjem ifixkel.

M'hemmx x'nambuh,
ejja għalih u ħudu u itfih!
Eħlisni minnufih!

No comments:

Post a Comment