Tuesday, June 30, 2009

L-iSkrivanija Mistika

Hemm bilqiegħda, f'nofs siġġu midfun
ġurnata fi tmiemha, terġa tara kif kollox idum.

Mużika għaddejja, ħsejjes deħlin,
storbju ħiereg u l-moħħ jitbattal.

Tara l-imejls ġejjin.
Qrajt l-imejl.
Spiċċaw l-imejls!
Fejnhom l-imejls?
Għaliex mhux ġejjin iktar imejls?

Imejl wara l-ohra jidħlu u joħorġu,
taqrahom kollha u ma taqra l-ebda wahda!
Fil-fond taf li ma trid taqra l-ebda minnhom,
taf biss li hemm waħda li trid taqra.

Hemm dik li dejjem tistenna,
dejjem tiċċekkja għaliha.
Qatt ma turi lilek nnifsek,
imma taf li DIK qed tistenna.

Fejn int ja anglu elettroniku!
Qanqal l-elettroni u wassali l-imejl!
Ma rridx noħrog mill-kenn ta' wara d-desk,
ma rridx infittex fid-dinja t'hemm barra ax nibża!
Irrid naħseb qabel ngħid, qabel nagħmel, qabel nħoss;
għax id-dinja t'hemm barra dan ic-ċans ma ttihulix!

No comments:

Post a Comment