Monday, October 5, 2009

Fejn int?

Wisq kwiet.
Wisq skiet.
Wisq niket.

Qabditni ferneżija.

F'kull rokna ta' ħajti fittixt.
F'kull rokna ta' ħajti stennejt.
F'kull rokna ta' ħajti ttamajt.
F'kull rokna ta' ħajti staqsejt.

Għalik, għal dellek, għal fwieħtek, għal ġmielek.
Għal kliemek, għal għemilek, għal wiċċek, għal sbuħitek.

Madanakollu, qatt ma sibtek.
Madanakollu, qatt ma smajtek.
Madanakollu, qatt ma rajtek.

Fejn int?

No comments:

Post a Comment