Wednesday, December 2, 2009

Kwiekeb

B'sema kollha kwiekeb,
nitpaxxa fit-tlellix.

F'ħajja kollha dlam,
nixxennaq għal dan-nemnim.

Spiss ħriġt idi biex nilħaq,
ħa naqbad kewkba
minn dawk t'hemm fuq.

Spiss l-id inġibdet lura,
biex dlonk ninduna
li l-kewkba laħqet ħarbet.

Qabel idi qatt waslet,
id ħaddiehor tkun diġa:

Ħadet u ħarbtet.

No comments:

Post a Comment