Sunday, May 16, 2010

L-Għanja Mitlufa

Xi tgħidli kieku ngħidlek ,
li hemm barra hemm ruħ bħalek?

Xi tgħidli kieku nwiegħdek,
li hemm barra kemm vuċi bħalek?

Fil-qiegħan tal-kurituri ta' di'd-dinja maħnuqa,
hemm bir ieħor t'emozzjoni jgħanni l-istess għanja.

Għanja nofsa miksura,
mimlija stennija u xewqat,
imlewwna b'duluri u weġgħat.

Għanja li tinfed f'tiegħek,
tintiseġ magħha f'ġuf ta'wens,
u twarrad għanja ġdida - sħiħa.

Imma għalissa għanja mitlufa,
sa danikhar li għad tfesfes f'widnejk,
u tqajmek mill-qiegħan tad-dlamijiet.

Stenniha, ja fidil.

No comments:

Post a Comment