Tuesday, April 14, 2009

Ħossha Żagħzugħ

Mdamdam bil-ħsibijiet,
bid-dubju u l-inkwiet.

Tinqered bix-xorb,
tixxennaq għal dak li tħobb.

Instabat, żagħżugħ,
intelaq, żagħżugħ.

Hawnekk issib il-hena, mal-kaxxi tal-ħoss,
kull frekwenza żgur f'qalbek qed tħoss.

Skoss izarmak.
Skoss iwaddbek.
Ix-xorb ikompli jdamdek.
Kompli għaddej waħdek.

Damdim,tidwir,tipjip u teptip,
ħajtek żgur mhix buzz ta' dan it-tip!

Issa ċ-ċans.

Intelaq, żagħżugħ,
ħossha żagħżugħ.

No comments:

Post a Comment